Ifiqu 105 persuna oħra u jfeġġu 121 każ ta’ Covid-19 – One News

Notifiki

Ifiqu 105 persuna oħra u jfeġġu 121 każ ta’ Covid-19

Fl-aħħar sigħat fiequ mija u ħames persuni oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew mija, wieħed u għoxrin każ minn fost 3,377 test.

Dan ifisser li 96.4% tat-testijiet li saru fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ġew negattivi, u 3.6% ġew pożittivi.

Dan tħabbar waqt il-bullettin mediku ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.

Waqt il-bullettin, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet kif hemm numru ta’ tilqim li se jkunu l-liċenzjati. Spjegati kif l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għaddejja b’assesjar tar-riżultati tat-tilqima.

Prof. Gauci qalet: “Niftakru li dan huwa proċess li jsir dejjem għall-mediċi kollha, inkluż il-vaccines. Il-fatt ukoll li tibda tara li qegħdin naraw vaccines tal-COVID li qegħdin ikollhom l-effectiveness tagħhom li hija tajba ħafna, li qegħdin iqarrbu n-95%, dan huwa inkoraġġanti ħafna, għaliex inti iżjed kemm ikollok effectiveness għoli, iżjed taf li meta ħa tibda tlaqqam, hemmhekk iżjed se jkollok nies li huma protetti.”

Il-Professur Gauci qalet ukoll li s’issa saru elfejn tmien mija tnejn u sebgħin test li jagħti riżultat f’qasir żmien, magħruf bħala rapid testing. Minn dawn ħarġu mija sitta u ħamsin test pożittiv.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet fl-isptarijiet hemm mitejn u tlett persuni, fosthom 13 fit-Taqsima tal-Kura Intensiva u tlettax oħra fit-taqsima tal-mard infettiv.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend