Id-DPM u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne magħżul biex ikun parti mill-One Health Global Leaders Group – One News

Notifiki

Id-DPM u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne magħżul biex ikun parti mill-One Health Global Leaders Group

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ntagħżel bħala membru tal-ONE HEALTH LOBAL LEADERS, grupp ta’ esperti li jagħtu pariri u linji gwida lil diversi stituzzjonijiet ewlenin tas-saħħa madwar id-dinja. Dawn jinkludu l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, l-Għaqda Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali u l-Għadqa tan-Nazzjonijiet Magħquda tal-ikel u l-agrikultura.

Dan il-grupp ta’ 26 persuna hu magħmul minn Prim Ministri, Ministri, u professjonisti fil-qasam tas-saħħa.

Id-Deputat Prim Ministru Fearne stqarr li jinsab onorat li Malta se jkollha vuċi f’dan il-grupp prestiġjuż li se jħares is-saħħa tan-nies madwar id-dinja.

Intant il-Prim Ministru Robert Abela awgura lid-Deputat Prim Ministru għal din il-pożizzjoni, u stqarr li jinsab onorat bis-sehem li Malta qed tagħti fil-komunità xjentifika.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend