Ġie ffirmat ftehim għar-riġenerazzjoni ta’ Ġnien l-Ewropa fiż-żona tal-Papa f’Birżebbuġa b’investiment ta’ mitt elf ewro – One News

Notifiki

Ġie ffirmat ftehim għar-riġenerazzjoni ta’ Ġnien l-Ewropa fiż-żona tal-Papa f’Birżebbuġa b’investiment ta’ mitt elf ewro

B’investiment ta’ mitt elf ewro ġie ffirmat ftehim għar-riġenerazzjoni ta’ Ġnien l-Ewropa fiż-żona tal-Papa f’Birżebbuġa. Dan mhux biss se jtejjeb l-ambjent ta’ Birżebbuġa iżda anke l-kwalità tal-ħajja tan-nies. Parti minn dan il-ġnien se tkun dedikata għall-bżonnijiet ta’ persuni bil-kundizzjoni tal-awtiżmu.

Siġar invażivi f’dan il-ġnien se jinbidlu ma’ siġar indiġeni u arbuxelli, u se tinbidel ukoll is-sistema tad-dawl u se titwaħħal sistema ta’ CCTV.

Mart il-Prim Ministru Lydia Abela qalet li dan il-proġett juri l-importanza li kulħadd ikun inkluz fis-soċjetà. Hawn fakkret kif ġimgħat ilu tnediet l-iskema Sens-Ability, biex persuni bl-awtiżmu jkollhom sensory room f’darhom.

Hija stqarret: “Qegħdin naraw li permezz tiegħu se ikun qed issir xogħol ta’ tisbieħ f’dan l-ispazju sabiħ f’dan il-ġnien biex ikun jista’ jiġi aċċessibli minn kulħadd, anke bit-tfal u nies bi problemi ta’ mobilità u anke tfal li għandhom firxa wiesgħa ta’ awtiżmu.”

Il-Ministru Owen Bonnici saħaq fuq il-bidla fil-mentalità u ħeġġeġ lill-Kunsilli Lokali biex jirinnovaw partijiet mill-irħula tagħhom biex ikunu aċċesibli għal kulħadd.

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima, qal li dan l-ispazju miftuħ fejn jista’ jintuża bħala terapija sabiex persuni u tfal bl-awtiżmu itejbu il-kundizzjoni tagħhom.

Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi fisser li l-proġett se jwassal għal tisbieħ ta’ spazju miftuħ f’din il-lokalità.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend