Notifiki

Claudette Buttigieg tilqa’ għal Edwin Vassallo dwar il-kummenti tiegħu fuq LGBTIQ

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg laqgħet għad-deputat Nazzjonalista ieħor Edwin Vassallo, li fl-aħħar jiem għadda rimarki kontroversjali u sejjaħ bħala marxiżmu l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea għal-LGBTIQ.

Għal dawn il-kummenti, anki fil-konfront tal-Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza Helena Dalli, li preżentat l-istrateġija, Vassallo rċieva kritika anki mill-moviment Malti għad-drittijiet tal-persuni omosesswali, l-MGRM.

Iżda l-kummenti konservattivi ta’ Edwin Vassallo sabu r-riħ fil-qala’ ta’ dik li minn uħud hija suppost meqjusa bħala moderata fl-Oppożizzjoni Nazzjonalista.

Buttigieg qalet: “Huwa bniedem tad-demm u l-laħam u li fl-aħħar mill-aħħar jesprimi bħal ma għandu kull dritt illi jagħmel, jesprimi l-pożizzjoni tiegħu.”

Intant fuq il-programm XTRA mxandar fuq ix-xandir nazzjonali, id-diskussjoni kienet ukoll dwar liġi li tinsab quddiem il-Parlament favur aktar ugwaljanza u tnaqqis ta’ diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru fost oħrajn.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza Rosianne Cutajar spjegat kif il-liġi l-ġdida mistennija tara l-ħolqien ta’ Kummissjoni li taqta’ każijiet li jitressqu quddiemha dwar diskriminazzjoni.

Saħqet li filwaqt li bħalissa hemm il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza li tista’ tagħti raġun lil dawk li jħossuhom diskriminati, sa issa rimedju legali jingħata biss fi proċessi kumplessi fil-Qrati.

Rosianne Cutajar qalet li bil-ħolqien ta’ din il-Kummissjoni, li l-membri fiha jridu jkollhom l-appoġġ tal-vot taż-żewġ terzi mill-Parlament, dawk akkużati b’diskriminazzjoni jridu jkunu huma li jressqu l-provi li d-diskriminazzjoni ma seħħitx.

Aċċennat li l-liġi l-ġdida mistennija tkun iżjed effettiva biex f’pajjiżna jkollna soċjetà li tiddiskrimina inqas.

Hija stqarret: “Aħna rridu lil xi ħadd illi jigdem u mhux jinbaħ biss u huwa propju għalhekk li bill 97 ħa nkunu qegħdin noħolqu din il-Kummissjoni, din il-bord tal-Ugwaljanza illi ħa tkun qiegħda tinvestiga dawn il-każijiet.”

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

  1. Onor claudette buttigieg TINSEWX li marret londra tkanta fil gay parade u meta l parlament malti kien se jressaq il ligi favur lugwaljanza qalet.LILL MGRM IL LEJLA NKUN MAGHKOM NICCELEBRAW.DIN LONOREVOLI ASSTENIET FIL VOTAZZJONI U MA VUTATX GHAL UGWALJANZA.MELA qed tibza li vassallo ma jivvutaliex ghall vici kap flok arrigo.

  2. Imissek tisthi titkellem hekk Claudette, Illum ikkonvincejt ruhi kemm il-PN u l-Kummissjoni tal-Etika taghhom hija BLA BAJD u issa qed nikkonferma li int mara BLA SINSLA. Kemm kont ahjar bhala kantanta milli bhla membru ta’ partit! Isthi!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend