BIL-FILMAT: Jesper Kristiansen jinżamm arrestat b’rabta mal-qtil doppju f’Tas-Sliema – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Jesper Kristiansen jinżamm arrestat b’rabta mal-qtil doppju f’Tas-Sliema

Jesper Kristiansen ta’ 30 sena inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti b’rabta mal-omiċidju doppju tat-Tabib Christian Pandolfino u Ivor Macejovski li seħħ f’Awwissu li għadda f’Tas-Sliema.

Huwa ġie akkużat ukoll b’serq aggravat, b’pussess ta’ arma tan-nar waqt ir-reat, l-użu ta’ karozza misruqa b’numri ta’ reġistrazzjoni wkoll misruqa u s-serq tan-numri.

Fil-Qorti qal ukoll li m’għandux residenza fissa f’pajjiżna u li jaħdem online. Id-Difiża mmexxija mill-Avukat Stefano Filletti rriservat id-dritt li din tikkontesta l-arrest iktar tard fil-proċeduri.

Il-Qorti qalet li mhu tara l-ebda raġuni għaliex tgħid li l-arrest ma sarx skont il-liġi.

L-avukat George Camilleri mill-Uffiċju tal-avukat ġenerali talab lill-qorti tordna l-iffriżar fuq l-assi kollha tal-akkużat, u l-Qorti aċċettat.

B’rabta ma’ dan l-omiċidju doppju qed jinżammu arrestati wkoll Daniel Muka u Viktor Dragomanski.

 

Ara wkoll:

ARA: Il-wasla ta’ Jesper Kristiansen f’Malta

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend