Mil-lum bdew jitqassmu l-pagamenti lil 7,700 ħaddiem li sofrew inġustizzja – One News

Notifiki

Mil-lum bdew jitqassmu l-pagamenti lil 7,700 ħaddiem li sofrew inġustizzja

Mil-lum bdew jitqassmu ħdax il-miljun u seba’ mitt elf ewro lil madwar sebat elef u seba’ mija u sebgħin persuna li fil-passat sofrew xi tip ta’ inġustizzja fuq ix-xogħol.

Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna u l-Ministru għall-Familja Michael Falzon fil-Borża ta’ Malta l-Ħamis waranofshinar.

Il-pagament għall-inġustizzji għal din is-sena huma maqsumin f’erba’ kategoriji;

  • L-eks ħaddiema tal-Korpi u oħrajn li daħlu fis-servizz pubbliku, li jammontaw għal aktar minn tlett elef persuna. Il-ħlas lil kull min huwa eliġibbli huwa marbuta maż-żmien li damu jaħdmu f’dipartimenti tal-gvern bejn il-ħatra uffiċjali tagħhom u d-data tal-irtirar.
  • Eks ħaddiema tal-Korpi li daħlu jaħdmu fis-settur pubbliku. Magħhom hemm inklużi eks ħaddiema tal-Gas Board u l-eks membri tal-korpi li wara li spiċċaw mill-ingaġġ tagħhom daħlu jaħdmu f’entitajiet jew kumpaniji parastatali. Dawn jammontaw għal aktar minn elf u ħames mitt persuna jew il-werrieta tagħhom.
  • Eks ħaddiema tax-xatt – Eliġibbli għal din l-iskema din is-sena kien hemm madwar 650 eks-ħaddiema tax-xatt jew l-eredi tagħhom.  Il-ħlasijiet tagħhom ilaħħqu madwar żewġ miljun u seba’ mitt elf ewro.
  • Uffiċjali tal-Pulizija – Il-pagament ta’ din is-sena huwa r-raba’ u l-aħħar wieħed skont il-ftehim li kien intlaħaq mill-Ministeru mar-rappreżentanti tal-uffiċjali tal-pulizija.  Bil-pagament ta’ din is-sena dawk eliġibbli u l-werrieta tagħhom jkunu ħadu bejniethom ftit aktar minn tmien miljun ewro. Għal dan se jibbenefikaw aktar minn elfejn u mitejn persuna.

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal kif Gvern Laburista dejjem kien bil-għaqal u li fl-isfond tal-pandemija, pajjiżna kien diġà ppreparat u għalhekk seta’ jkompli jgħin lil dawn il-persuni.

Spjega li, “Dan kollu jista’ jsir għax il-budget huwa bilanċjat u isir bilgħaqal b’mod li dejjem iħalli u mhux jista naħħa waħda u ħaddieħor jibqa’ nieqes. Nippruvaw naraw li kulħadd jieħu l-benefiċċji li ħaqqu u dawn wara li nafu li moralment għalkemm legalment mhux obbligat il-Gvern imma ħass li hu obbligat mal-ħaddiem u żamm kellmtu.”  

Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Familja Michael Falzon spjega li kif tħabbar fid-diskors tal-budget għas-sena d-dieħla, it-twettiq ta’ din il-wegħda ser tissokta matul  is-sena d-dieħla.

Qal kif, “skema li Gvern kien wigħed u nagħmlu tajjeb għal ċertu inġustizzji u amonaliji. Kellna sezzjoni tal-ħaddiema tal-korpi, Malta electricity, ħaddiema tax-xatt, u uffiċjali tal-Pulizija. F’dan ir-raba’ pagament minbarrali kulħadd se jieħu pagament issa nkunu għalaqna s-sezzjoni tal-overtime tal-pulizija. Il-pagament ta’ din is-sena dalwaqt ikun f’idejjhom u diġa għandna vot għas-sena d-dieħla.”

Minn kemm ilhom li bdew jiġu indirizzati dawn l-inġustizzji tal-passat, sa’ mill-2017, ibbenefikaw ‘il fuq minn 8,000 benefiċjarju, li bejniethom gawdew minn sitta u ħamsin miljun u erba’ mitt elf ewro.

suni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *