Il-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Francesco Depasquale ċaħdet it-talba ta’ Norman Vella li huwa ma kellux il-kuntratt imġedded mal-PBS minħabba diskriminazzjoni politika.
Fl-2013 kien ippreżenta rikors quddiem il-Kummissjoni dwar l-Impjiegi dwar dan il-każ, liema talba kienet ukoll miċħuda mill-Kummissjoni, u li għalhekk kellu jerġa’ jmur lura fl-impjieg tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, fejn hu preżentament qed jaħdem bħala Assistent Prinċipal.
Fl-2012 Norman Vella kien intalab mis-Sur Anton Attard, li dak iż-żmien kien il-Kap Eżekuttiiv tal-PBS, sabiex jirritorna fil-kamra tal-aħbarijiet bħala ġurnalist filwaqt li wkoll kien jippreżenta programm ta’ ġrajjiet kurrenti.