Iż-żewġ tenuri ta’ fama mondjali, Andrea Bocelli u Joseph Calleja ngħaqdu flimkien għal dwett mill-isbaħ waqt ikla d-dar tat-tenur Malti fil-Mellieħa.
Liema dwett kien wieħed spontanju iżda li paxxa l-widnejn ta’ min kien preżenti.
Bocelli bħalissa jinsab Malta biex jiffilmja l-vidjo mużikali għall-album il-ġdid tiegħu ta’ żmien il-Milied, Believe.