F’pajjiżna, eskortat mill-awtoritajiet, għadu kif wasal Jesper Kristiansen, it-tielet suspettat bl-involviment fil-qtil doppju f’Tas-Sliema.
Kristiansen wasal mgħasses ftit tal-ħin ilu permezz ta’ titjira diretta minn Madrid.
Jirriżulta li jiem wara l-qtil, id-Daniż kien ħarab minn Malta lejn Barċellona imbagħad mar f’Cádiz bil-karozza.
Huwa kien ġie arrestat mill-pulizija Spanjola f’lukanda.
Fl-aħħar ġimgħat saru l-proċeduri t’estradizzjoni u issa Kristiansen mistenni jibda jaffaċċja l-ġustizzja b’rabta mal-qtil ta’ Dr. Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski u s-serq minn dar lussuża f’tas-Sliema.
ONE News kien żvela l-identità ta’ Kristiansen u li dak iż-żmien kien imfittex mill-pulizija.
Dwar dan il-każ hemm ukoll akkużati Daniel Muka u Viktor Dragomanski.