Imutu żewġ anzjani waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19 – One News

Notifiki

Imutu żewġ anzjani waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19

Żewġ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Fl-ewwel każ anzjan ta’ 75 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-2 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fil-Good Samaritan Long-term Care Facility.

Fit-tieni każ anzjan ta’ 73 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-11 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, appella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni biex b’hekk nissalvagwardjaw lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *