Mewt m’għandha qatt tkun ippolitiċizzata u f’każ ta’ mewt fil-ħabs l-awtoritajiet relevanti għandhom jitħallew jagħmlu l-investigazzjonijiet tagħhom. Qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista.
L-istqarrija tgħid kif jrid ikun innotat li mhux l-ewwel darba li l-kelliem tal-Partit Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami, ħareġ jippolitiċizza mewt fil-ħabs fejn il-PL qal kif u għalhekk anke b’Bernard Grech kap, il-Partit Nazzjonalista baqa’ ma bidilx l-attitudni tiegħu.
Il-PL temm jgħid li ta’ min ifakkar, li l-kelliem tal-Oppożizzjoni mbagħad kien spiċċa waqa’ għaċ-ċajt għax talab riżenji fuq mewt li jirriżulta li kien naturali.