Estiża l-iskema tat-tnaqqis fit-taxxa għat-trasferiment tan-negozji – One News

Notifiki

Estiża l-iskema tat-tnaqqis fit-taxxa għat-trasferiment tan-negozji

Ġewwa l-Malta Enterprise, il-Ministru għall-Ekonomija, Silvio Schembri indirizza seminar virtwali rigward in-negozji tal-familji fejn ħabbar li għal sena oħra se tiġi estiża skema tat-tnaqqis ta’ taxxa lin-negozji tal-familji meta dawn jiġu trasferiti għall-ġenerazzjoni li jmiss.

Din l-iskema hija maħsuba li fl-aħħar tliet snin frankat lill-familji mal-għoxrin miljun Ewro f’taxxi fuq in-negozji tagħhom.

Hawn il-Ministru spjega l-importanza tan-negozji tal-familji fl-ekonomija Maltija, u l-isfidi speċifiċi li jaffaċjaw, speċjalment f’dan iż-żmien bla preċedent. Minkejja dawn l-isfidi, n-negozji tal-familji baqgħu reżiljenti, tant li n-numru ta’ dawn in-negozji kompla jikber.

Qal kif, “Illum għadna kif ħabbarna li l-miżura tat-trasferiment tan-negozju u fejn tidħol taxxa niżżilniha għar-rata ta’ wieħed punt ħames fil-mija. Dik ir-rata se nestenduha għal sena oħra u dik tfisser sebgħa punt ħames miljuni oħra li n-negozji tal-familja jkunu qed jiffrankaw meta jkunu qed jagħmlu trasferiment tax-shares tagħhom.”

Il-Ministru Schembri rringrazzja lill-uffiċju tan-negozji tal-familji, li ħadmu mal-Gvern sabiex ikunu ta’ għajnuna lejn dawn in-negozji, filwaqt li ammira lill-istess negozji għall-abbilta li jaddattaw ruħhom għal dan iż-żmien ta’ sfida.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend