Daniel Muka, wieħed mis-suspettati tal-qtil doppju ta’ koppja f’Tas-Sliema f’Awwissu li għadda, talab il-Qorti biex ikun jista’ jmur iżur lil ommu li qed tmut u tinsab rikoverata fi sptar f’Malta.
Il-Maġistrat Nadine Lia qalet lill-avukat tal-Albaniż biex jagħmel talba formali lill-Qorti. Il-Maġistrat qalet li l-prosekuzzjoni trid tkun innotifikata b’din it-talba u tingħata ż-żmien biex twieġeb qabel ma’ tkun tista’ toħroġ l-ordni.
Din it-talba waslet fi tmiem il-kumpilazzjoni li kompliet tinstema’ dalgħodu.