Il-vaċċin kontra l-Covid-19 b’effettività ta’ 94% fuq pazjenti ta’ aktar minn 65 sena – One News

Notifiki

Il-vaċċin kontra l-Covid-19 b’effettività ta’ 94% fuq pazjenti ta’ aktar minn 65 sena

Il-vaċċin kontra l-Covid-19 żviluppat minn Pfizer u BioNTech għandu effettività ta’ 94% f’pazjenti li għandhom aktar minn 65 sena.

Dan ħareġ wara t-tielet fażi ta’ testijiet fuq il-vaċċin, li wrew li dan mistenni jkollu l-istess effettività f’persuni ta’ kull età.

Riżultati preliminari li kienu saru fuq il-vaċċin jiem ilu kienu diġà ddeterminaw effittività ta’ 90% tal-vaċċin. Issa, iż-żewġ kumpaniji li fornuh qalu li jidher ukoll li l-vaċċin huwa wieħed sigur.

Hu mifhum li mal-50 biljun doża tal-vaċċin se jiġu fornuti din is-sena.

Il-Gvern Malti assigura wkoll li pajjiżna se jkun minn tal-ewwel li jikseb il-vaċċin, li mistenni jasal fi xtutna sa jiem biss wara li jinħareġ fis-suq.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend