Il-Kummissjoni Ewropea tapprova l-budget ta’ Malta u tinnota miżuri li se jgħinu l-attività ekonomika – One News

Notifiki

Il-Kummissjoni Ewropea tapprova l-budget ta’ Malta u tinnota miżuri li se jgħinu l-attività ekonomika

Il-Kummissjoni Ewropea kkonfermat li l-Budget imressaq mill-Gvern Malti għas-sena d-dieħla huwa konformi mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Ewropew.

Fir-rapport tekniku tagħhom, l-esperti tal-Kummissjoni Ewropea qalu li ħafna mill-miżuri mressqa fil-Budget jgħinu l-attività ekonomika fi żmien ta’ inċertezza kawża tal-imxija.

“Most of the measures set out in the Draft Budgetary Plan of Malta are supporting economic activity against the background of considerable uncertainty.”

L-esperti tal-Kummissjoni Ewropea kkalkulaw li l-għajnuniet diretti tal-Gvern laħqu l-5.8% tal-ġid nazzjonali.

Dan minbarra miżuri ta’ likwidità, fosthom 1.5% tal-ġid nazzjonali f’differiment tat-taxxi u 2.8% tal-ġid nazzjonali fi djun issussidjati u garantiti mill-Bank Malti għall-Iżvilupp.

L-ekonomisti tal-Kummissjoni Ewropea, magħrufa li jgħarblu kull budget ta’ stat membru mingħajr ma jħarsu lejn wiċċ ħadd sostnew li l-miżuri l-ġodda jlaħħqu t-2.2% tal-prodott domestiku gross u jħarsu l-iżjed lejn l-aspett tan-nefqa fil-pajjiż.

“The retained and new measures amount to some 2.2% of GDP and are concentrated on the expenditure side.”

Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni Ewropea nnutat li miżuri bħall-Covid Wage Supplement, li se jkompli jsostni l-impjiegi, kif ukoll l-iskema tal-vouchers tal-mitt ewro biex jintefqu fin-negozji u t-tnaqqis fit-taxxa tal-boll fuq xiri ta’ proprjetà.

L-esperti Ewropej semmew wkoll it-titjib fil-benefiċċji għall-familji u l-pensjonanti, kif ukoll l-investiment qawwi fl-infrastuttura tal-pajjiż.

Ir-rapport innota wkoll kif il-Gvern qed jalloka fondi favur rivoluzzjoni ambjentali f’dik magħrufa bħala l-ekonomija ċirkulari.

“The circular economy and transform Malta into a resource-efficient economy in line with the European Green Deal.”

Fuq twitter, il-Prim Ministru Robert Abela rrimarka li fl-2009, il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-budget ta’ Malta jonqos milli jindirizza miri fi żmien medju u rrakkomandat miżuri biex jonqos id-dejn.

 

Saħaq li l-istorja llum hija differenti u l-Unjoni Ewropea qed tgħid li l-miri tad-dejn se jkunu ferm aħjar minn dawk stmati, anki grazzi għall-fondi li kiseb pajjiżna.

Fi stqarrija l-Gvern innota li waqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li l-istimi tal-Gvern fuq l-andament tal-finanzi pubbliċi ma jitwemmnux, l-esperti tal-Kummissjoni jikkonkludu li l-istimi tal-Gvern Malti fuq id-dejn nazzjonali huma simili ħafna għall-istimi tal-Kummissjoni Ewropea u mhux se jaqbżu s-60% tal-ġid nazzjonali.

“Similar to the Commission’s projection.”

Il-Gvern irrimarka li b’kuntrast għal-lum, fi żmien amministrazzjonijiet preċedenti, kemm-il darba l-istimi ma kinux jingħataw kredtu mill-Kummissjoni u pajjiżna tpoġġa tliet darbiet fil-proċedura tad-defiċit eċċessiv.

Il-Gvern qal li mhux talli l-Kummisjoni Ewropea qed temmen l-istimi tal-Gvern fuq il-budget, imma saħansitra tgħid li s-sena d-dieħla pajjiżna jista’ jkollu riżultati ferm aħjar f’dak li għandu x’jaqsam ma’ tkabbir ekonomiku permezz tal-implimentazzjoni ta’ bosta miżuri.

“The evolution of the deficit in 2021 could turn out more favourable as a result of higher economic growth from the implementation of measures financed by the Recovery and Resilience Faciility.”

Il-Gvern qal li kontra n-negattività tal-Oppożizzjoni, il-Kummissjoni Ewropea qed tgħid lill-Gvern li l-affarijiet jistgħu jkunu aħjar milli qed isostni.

Il-Gvern laqa’ dan iċ-ċertifikat pożittiv mill-Kummissjoni Ewropea, u qal li jinsab lest biex issa jimplimenta dawn il-miżuri, kif ukoll biex jieħu passi addizzjonali ħalli jsostni l-familji u n-negozji ta’ pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend