BIL-FILMAT: Titnieda l-kanzunetta ‘In the Rain’ tal-Kantawtur Matthew James b’kollaborazzjoni ma’ Ira Losco – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Titnieda l-kanzunetta ‘In the Rain’ tal-Kantawtur Matthew James b’kollaborazzjoni ma’ Ira Losco

Tnediet il-kanzunetta ‘In the Rain’ li hija kollaborazzjoni bejn il-Kantawtur Matthew James u l-Kantanta popolari Ira Losco.

‘In the rain’ hija silta li żgur ser tmiss il-qlub tas-semmiegħa permezz tal-lirika li huma tant relevanti għaż-żminijiet li għaddejjin minnhom.

Dan għaliex kif qal il-kantawtur stess: “Qed ngħixu fi żminijiet diffiċli, għalhekk huwa importanti li ma nħallux lilna nfusna naqgħu fid-dlam iżda nagħmlu dak kollu li nistgħu biex inkunu aħna d-dawl u t-tama.”

Min-naħa tagħha Ira Losco qalet li din il-kanzunetta: “Hija tama u kompassjoni, dwar kif tbiddel dak il-ħażin fit-tajjeb u dwar kif wieħed għandu jaħtaf iċ-ċans fil-mument opportun.

Din il-kanzunetta għandha l-produzzjoni ta’ Howard Keith minn JaggedHouse Studios. ‘In the rain’ għandha ħoss akustiku li huwa sinonimu ma’ Matthew James.

Matul din is-sena dan il-Kantawtur ikkollabora ma’ diversi artisti fosthom: The Busker u l-grupp ġdid M-Team. Barra minn hekk huwa rnexxielu jżomm post fil-quċċata tal-klassifiċi tal-mużika lokali għal iktar minn kwart tas-sena.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend