Mara ta’ 29 sena ndarbet gravi wara li kienet involuta f’inċident bil-mutur
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-tmienja ta’ dalgħodu fi Triq in-Naxxar, San Ġwann fejn minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li l-mara, li toqgħod il-Gżira, kienet qiegħda ssuq mutur PGO Ligero, tilfet il-kontroll u waqgħet.
Hi ttieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa fejn aktar tard, hi ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.