L-Ispeaker jiltaqa’ ma’ rappreżentanti tal-fora politika tal-PL responsabbli mill-qafas demokratiku ta’ Malta – One News

Notifiki

L-Ispeaker jiltaqa’ ma’ rappreżentanti tal-fora politika tal-PL responsabbli mill-qafas demokratiku ta’ Malta

B’parti mill-konsultazzjoni ta’ mitt idea li nieda l-Partit Laburista, rappreżentanza mill-fora poltika responsabbli mill-qafas demokratiku ta’ Malta mmexxi mill-President tal-Partit Ramona Attard, iltaqgħu mal-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia.

F’din il-laqgħa li saret fil-binja tal-Parlament Malti, ġew diskussi diversi temi b’rabta mal-istruttura tal-Parlament, l-irwol tal-ispeaker fid-demokrazija Maltija u l-bidliet li saru fl-aħħar snin.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia semma kif għal bidu huwa sab nuqqasijiet ta’ kif jiffunzjona l-Parlament u beda proċess biex jindirizza dan.

F’din il-laqgħa, ir-rappreżentanza tal-Partit Laburista ddiskutiet ukoll il-privileġġ Parlamentari u l-abbużi li ġieli jsiru minnu.

Fi stqarrija, l-Ispeaker irringrazzja lid-delegazzjoni li qed tagħmel xogħol siewi fl-interess tat-tisħiħ tad-demokrazija ta’ pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend