Il-MEUSAC u l-Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela illum iltaqgħu mar-rappreżentati tat-trade unions u assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem, għal-laqgħa online ma’ Leo Brincat, Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Fil-laqgħa Brincat ta’ ħarsa lejn il-funzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, b’esperjenzi prattiċi fuq il-ħidma ta’ din il-Qorti Ewropea.
Din il-laqgħa kienet opportunità biex jingħaraf aħjar dak li twettaq l-istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea u l-impatt tagħha fuq pajjiżna bħala Stat Membru.
Il-Ministru Carmelo Abela, semma’ kif l-importanza ta’ din l-istituzzjoni toħroġ mill-fatt li wara kollox ix-xogħol ewlieni tagħha hu li tħares l-interessi finanzjarji ta’ kull wieħed u waħda minna bħala ċittadini tal-Unjoni Ewropea
Qal kif, “Vis a Vi x-xogħol huwa importanti ħafna li aħna nkompli niproteġu x-xogħol u nkomplu noħolqu x-xogħol. Dan il-Gvern anke f’dan iż-żmien ta’ pandemija qed jirnexxielu mhux iżid il-qgħad imma jkompli jnaqqas il-qgħad. Aħna nkomplu wkoll nagħmlu l-ħidma tagħna individwali mal-kumpaniji rispettivi biex nigwidawhom kif jistgħu jibqgħu jżommu lil ħaddiema tagħhom impjegati fl-istess waqt li naffrontaw sitwazzjonijiet li mhux daqshekk jistgħu jkunu faċli fis-sitwazzjoi attwali.”
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri hi meqjusa bħala l-awditur estern u indipendenti tal-Unjoni Ewropea biex tħares l-interessi taċ-ċittadini Ewropej li jħallsu t-taxxi, tara li l-fondi tal-Unjoni Ewropea jinġabru u jintużaw b’mod korrett, u tgħin biex jitjieb l-immaniġġjar tal-finanzi tal-Unjoni Ewropea.