Fi dritt ta’ risposta li bagħat l-avukat ta’ Jason Azzopardi ċċara li s-safar li siefer fuq xogħol tal-Parlament, il-Parlament ħallas biss il-vjaġġ tiegħu skont il-proċeduri tal-Kamra.
Qal li mhux minnu li Jason Azzopardi, fil-perjodu li ssemma siefer erbgħa u tletin darba mas-sieħba tiegħu.
Saħaq li l-vjaġġi kollha li ma tħallsux mill-Parlament, tħallsu minnu, anki jekk il-gazzetta Illum irrappurtat li dawn tħallsu minn terzi persuni.