Kull min iħobb dawn il-jiem ta’ festi iżda forsi għadu ma jafx kif jista’ jgawdih kawża tal-Covid-19, issa jista’ permezz ta’ avventura ma’ nżul ix-xemx.
Dan hekk kif għall-ewwel darba f’Malta, se tkun qed tinħoloq attrazzjoni ġdida msejħa The Magical Illuminated Trail: Drive-Thru Edition.
Din l-attrazzjoni se tkun qed tittella’ Gianpula Fields fir-Rabat mill-4 ta’ Diċembru sal-10 ta’ Jannar.
Wieħed se jkun jista’ jmur bil-vettura tiegħu u jogħxa jara attrazzjonijiet mixgħula fejn dan l-avveniment se jkun qed jittella’ b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur www.illuminatedtrailMalta.com