Minn wara l-elfejn u sbatax, Jason Azzopardi siefer erbgħa u tletin (34) darba flimkien mas-sieħba tiegħu Flavia Borg Bonaci. B’dawn is-safriet kollha kienu mħallsa min terzi persuni, fosthom għoxrin minnhom kienu mħallsa mill-Parlament.
Dan ġie żvelat fil-gazzetta Illum tal-Ħadd, li qalet kif din l-informazzjoni ħarġet mill-Qorti waqt il-proċeduri tas-seperazzjoni ta’ Jason Azzopardi min ma’ martu. F’waħda minn dawn is-seduti, il-Qorti staqsiet minn fejn ġab il-flus biex iħallas għall-akkomodazzjoni u għal dawn is-safriet, bl-avukat ta’ Jason Azzopardi wieġeb li dan is-safar tħallas minn terzi persuni.
Dan is-safar imħallas minn terzi persuni jkompli jżid mal-lista ta’ servizzi b’xejn li ngħata Jason Azzopardi.
Qabel l-elfejn u tlettax, meta Azzopardi kien Ministru u Segretarju Parlamentari fi żmien gvern Nazzjonalista uża s-servizzi tal-grupp ta’ Yorgen Fenech, li dak iż-żmien kien direttur tal-kumpanija. Waqt il-kampanja elettorali tal-elfejn u tmienja, Azzopardi kien irranġa li juża b’xejn sala u ikel fil-lukanda Hilton.
Kemm il-gazzetti Illum u l-MaltaToday irrapurtaw kif bħala avukat tal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia, fl-elfejn u dsatax kien jaf li Yorgen Fenech kien qed jiġi investigat b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Hawnhekk, Azzopardi waqaf milli juża s-servizzi tal-Hilton minħabba li Yorgen Fenech kien investigat u minflok mar biex juża s-servizzi ta’ lukanda fejn Jonathan Ferris kien imexxi s-sigurtà tal-lukanda.
Skont il-kummentatur politiku Simon Mercieca, din il-lukanda hija l-Westin Dragonara. Hawnhekk Dr. Mercieca qal kif il-manager ta’ din il-lukanda huwa Michael Camilleri Kamsky, li huwa ħabib ta’ Jason Azzopardi.
Simon Mercieca ddeskriva lil Kamsky bħala bniedem biċċa waħda ma’ Simon Busuttil u ħadem bis-saħħa kontra Adrian Delia.
Simon Mercieca staqsa jekk Jason Azzopardi rrakomandax lil Ferris biex jibda jaħdem mal-Westin wara li spiċċa mill-FIAU.
Bħalissa Ferris qed jiġi mixli bi sperġur u ġurament falz fil-każ ta’ Egrant u kien l-istess spettur li ntalab jinvestiga f’inkjesta Maġisterjali fuq allegat każ ta’ frodi u korruzzjoni fid-Dipartiment tal-Artijiet fi żmien meta Jason Azzopardi kien politikament responsabbli.
Seba’ snin wara, din l-inkjesta li kienet fdata f’idejn Ferris għadha ma għalqitx, b’Jason Azzopardi spiċċa anki jkun l-avukat ta’ Jonathan Ferris.
Simon Mercieca staqsa wkoll jekk Jason Azzopardi għandux obbligazzjonijiet kbar lejn Jonathan Ferris.