Il-Mexxej interim tal-Peru Manuel Merino ta r-riżenja tiegħu l-għada li żewġ persuni nqatlu waqt protesti li kienu għaddejjin kontra l-gvern Peruvjan.
Huwa kien ilu f’din il-kariga inqas minn ġimgħa u kien qed jieħu post il-President Martin Vizcarra wara li tal-aħħar, ġie akkużat fuq allegazzjonijiet ta’ tixħim li huwa ċaħad.
Diversi politiċi sejħu għar-riżenja ta’ Merino wara li d-demostrazzjonijiet kontrih ħadu xejra vjolenti.
Matul il-jum tal-Ħadd, 12-il ministru mill-kabinett l-ġdid taw ukoll ir-reżenja tagħhom bħala protesta kontra l-brutalità tal-Pulizija u kif ikkontrollaw din il-kriżi fil-pajjiż.