Id-Dipartiment tad-Dwana jerġa’ joffri għall-bejgħ diversi oġġetti – One News

Notifiki

Id-Dipartiment tad-Dwana jerġa’ joffri għall-bejgħ diversi oġġetti

Id-Dipartiment tad-Dwana se jkun qiegħed jirċievi offerti ssiġillati għal xiri ta’ diversi oġġetti f’kundizzjoni tali kwali, ġarr u tneħħija tagħhom, fosthom 48 lott ta’ inbejjed u xorb alkoħoliku, 22 lott ta’ skrataċ, 12-il lott ta’ ħwejjeġ, 17-il lott ta’ żraben, 6 lottijiet ta’ aċċessorji elettriċi, kif ukoll diversi lottijiet ta’ basktijiet tat-tfal, kutri, ħajt tal-ħjata, tazzi tal-plastik, sinkijiet tal-idejn u njam.

Hemm offrut ukoll dgħajsa Shaft 34 Sport u Kit Car Chassis.

Dawn l-offerti ssigillati jintlaqgħu mid-Direttur Ġenerali ġewwa l-Auctions Section, Newport Bonded Stores, Marsa bejn it-Tnejn 23 ta’ Novembru u l-Ħamis 26 ta’ Novembru mit-8am sa nofsinhar u mis-1pm sal-4pm, u l-Ġimgħa 27 ta’ Novembru mit-8:00am san-nofsinhar.

Biex wieħed jara lott, jiġbor formuli tal-offerti jew irid iktar informazzjoni fejn jeħtieġ, wieħed jista’ jċempel fuq 21237209 matul l-istess ġranet u ħinijiet imsemmija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend