Żewġt irġiel ġew arrestati f’rejds għad-droga f’Tas-Sliema u f’Ħal Qormi.
Fl-ewwel każ, fir-residenza ta’ Serb ta’ wieħed u tletin sena nstabu kilo u seba’ mitt gramma ħaxixa tal-kannabis, ammont ta’ droga kokaina u MDMA f’ċirkostanzi li juru li d-dorga ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu.
Instab ukoll ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti u boroż tal-plastik vojta.
Il-valur fit-triq tad-droga misjuba tlaħħaq l-erbgħin elf ewro.
F’każ ieħor ġie arrestat raġel ta’ ħamsa u għoxrin sena mill-Furjana, li twaqqaf bil-vettura tiegħu f’Ħal Qormi li fiha nstabu disgħa u ħamsin pakkett b’sustanzi aktarx droga kokaina u ħaxix tal-kannabis, kif ukoll ammont ta’ flus kontanti.
Iż-żewġt irġiel mistennija jitressqu l-Qorti għada.