Sfrattata serqa f’Ħal Balzan – One News

Notifiki

Sfrattata serqa f’Ħal Balzan

Serqa ġiet sfrattata minn ħaddiem li lemaħ lill-ħalliel minn kameras tas-sigurtà.

Kien għall-ħabta tal-għaxra tal-bieraħ filgħaxja, il-Pulizija kienet infurmata li żewġ persuni daħlu f’ħanut fi Triq il-Wied, Ħal Balzan biex jisirqu.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li wieħed mill-ħaddiema, raġel mill-Pakistan ta’ 38 sena, innota persuna minn fuq is-sistema tal-kameras tas-sigurtà tipprova tiftaħ il-kexxun tal-flus waqt li ħaddiem ieħor, Filippin ta’ 46 sena, ġie aljenat minn mara li talbitu jġibilha xi oġġetti minn fuq xi xkafef fl-għoli.

Ir-raġel ta’ 38 sena ħareġ iwaqqaf lill-ħalliel, fejn dan heddu li għandu sikkina.

Ħaddiem ieħor, Marokkin ta’ 25 sena, niżel ħdejn il-ħaddiema l-oħra wara li kien infurmat minnhom stess b’dak li kien qiegħed jiġri u kien f’dan il-mument li l-mara u r-raġel ħarbu minn fuq il-post.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend