Indjan ta’ 31 sena li joqgħod l-Iklin, fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-bypass ta’ Birkirkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:15 ta’ filgħaxija fi Triq Dun Karm Birkirkara.
Huwa mifhmum illi l-Indjan ittajjar minn trakk tal-għamla DAF FAD CF85 li kien qed jinstaq minn Filippin ta’ 43 sena li joqgħod Ħ’Attard.
Fuq il-post kien hemm membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu lir-raġel fejn eventwalment ittieħed l-isptar Mater Dei fejn ftit wara ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-għassa Josette Demicoli.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għadhom għaddejjin.