It-tifun Vamco issa mexa għall-Vjetnam wara li ħalla 53 mejta fil-Filippini – One News

Notifiki

It-tifun Vamco issa mexa għall-Vjetnam wara li ħalla 53 mejta fil-Filippini

IWara li għamel ħerba sħiħa u ħalla madwar 53 mejta fil-Filippini, t-tifun Vamco issa mexa għall-Vjetnam fejn mistenni jieħu miegħu waħda mill-iktar maltempati qalila tal-pajjiż għal din is-sena.

Il-Prim Ministru Vjetnamiż avża lill-poplu li dan it-tifun huwa b’saħħtu ħafna u wissa li bosta provinċji qed jagħmlu mill-aħjar li jistgħu sabiex jilqgħu għall-impatt tiegħu.

Infatti sal-jum tas-Sibt il-provinċji kienu għaddejjin bi tħejjijiet sabiex jevakwaw 468,000 persuna.

Il-Vjetnam huwa pajjiż suxxettibbli ħafna għall-maltempati distruttivi li jikkawżaw għargħar kbir. Infatti din hija it-13-il maltempata li ħa tolqot dan il-pajjiż Ażjatiku din is-sena.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend