Mara ta’ sitta u erbgħin sena mill-Marokk tressqet il-Qorti akkużata li serqet ’il fuq minn elfejn u tliet mitt ewro f’Ġunju li għadda.
Meriam Abdussalam Mouaddea allegatament serqet dawn il-flus minn appartament fl-Imsida, fejn inqabdet f’filmat miġbud minn kameras tas-sigurtà.
Il-Pulizija sabet ukoll xi marki tas-swaba’ fuq il-post li qablu ma’ dawk tal-akkużata.
Il-Qorti ċaħdet it-talba tal-libertà proviżorja u l-mara baqgħet tinżamm arrestata.