Titwieled Gigi, it-tifla ta’ Ira Losco u Sean Gravina

Twieldet Gigi, it-tieni wild tal-kantanta Ira Losco u r-raġel tagħha Sean Gravina.

Fuq il-midja soċjali Sean Gravina qal li kemm l-omm u anke t-tarbija jinsabu tajbin. Huwa rringrazzja lil ħaddiema tal-isptar Mater Dei għall-ħidma u l-għajnuna tagħhom.

Lura fl-2016 twieled Harry li huwa l-ewwel wild tal-koppja.

Il-kantanta kienet ħabbret li hi u l-familja tagħha kienu qed jistennew din it-tarbija f’Ġunju li għadda.

It-tim ta’ ONE jixtieq jawgura lill-koppja u l-familja tagħhom.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend