Notifiki

Eluf jevakwaw minħabba maltemp li mistenni jolqot il-Vjetnam

It-Tifun Vamco li qatel minn tal-inqas 42 persuna fil-Filippini issa miexi lejn il-Vjetnam, li kawża t’hekk għexieren t’eluf kellhom jevakwaw minn djarhom.

Serje ta’ maltempati laqtu l-Vjatnam fl-aħħar ġimgħat, u aktar minn 100 persuna mietu f’għargħar li laqtu l-pajjiż ix-xahar li għadda.

It-tifun Vamco huwa mistenni li jolqot il-Lvant tal-Vjetnam fil-jum tal-Ħadd. Il-ajruporti u l-bajjiet ingħalqu filwaqt li s-sajjieda ntalbu jirritornaw l-art hekk kif ir-riħ mistenni jlaħħaq il-qawwa ta’ 100 kilometru fis-siegħa.

Intant, fil-Filippini għad hemm 20 persuna nieqsa wara li l-Maltemp ikkawża għargħar u valangi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend