Notifiki

Diskussi diversi temi fil-Parlament taż-Żgħażagħ 2020

Is-Sibt ittellgħet seduta virtwali tal-Parlament li mmarkat edizzjoni oħra tal-Parlament Nazzjonali taż-żgħażagħ. Dan b’kollaborazzjoni flimkien mal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ il-KNŻ.

Il-parteċipanti ddiskutew bosta temi fosthom l-immigrazzjoni irregolari, l-effett ekonomiku tal-imxija Covid-19, l-opportunitajiet fl-isport u l-arti f’Malta u wkoll l-attiviżmi taż-żgħażagħ fil-politika.

Chaira Vassallo, li hija l-President tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ qalet: “Ġranet u attivitajiet bħal dawn jagħtuna ċ-ċans li nuru lil dawk li jfasslu l-liġijiet tagħna li ż-żgħażagħ huma kapaċi joħorġu bi proposti validi u li għandna niġu mismugħa anke jekk dan ifisser il-bżonn li nirrepetu lilna nfusna biex niżguraw li ninstemgħu.”

L-Ispeaker Anġlu Farrugia tenna l-pjaċir tiegħu li għal sena oħra, matul din l-edizzjoni tal-Parlament taż-Żgħażagħ, il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ qed jagħti l-opportunità liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin sabiex flimkien jiddiskutu suġġetti varji sabiex jitressqu proposti konkreti fl-interess ta’ pajjiżna.

L-Ispeaker qal li fost l-akbar unur tiegħu bħala President tal-Kamra tad-Deputati qed jippresjedi Parlament żagħżugħ.

L-Ispaker stqarr: “Huwa biex ngħidu hekk fost l-akbar unur tiegħi bħala President tal-Kamra li nippresedi Parlament ormai żagħżugħ. Żagħżugħ fil-ħsieb anke żagħżugħ fil-ħidma, anke żagħżugħ fil-qalb li tħabbat fl-interess ta’ kull ċittadin, kull Malti u Għawdxi li jeleġixxi r-rappreżentanti tiegħu u dan ngħidu grazzi biss għall-involviment dirett tagħkhom li minn età żgħira kif qegħdin intom intkom turu interess qawwi fit-tfassil tal-politika ta’ pajjiżna.”

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ Clifton Grima esprima s-sodisfazzjoni tiegħu għall-fatt li l-edizzjoni ta’ din is-sena xorta ttellgħet minkejja l-Pandemija.

Huwa sostna: “L-iktar ħaġa importanti hija d-dibattitu allura b’dan il-mod qed nagħtu l-għodda u l-ħiliet liż-żgħażagħ tagħna biex ikomplu jifjorixxu fil-ħajja tagħhom.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend