Alan Galea huwa l-ġuvni ta’ 19-il sena li tilef ħajtu fl-inċident tat-traffiku tal-Ġimgħa filgħaxija fl-Imġarr.
Galea kien qed isuq karozza tal-għamla Toyota li għal xi raġuni ħabtet ma’ vann tat-tip Mitsubishi li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 35 sena mill-Imġarr.
Ġuvni ieħor ta’ 18-il sena li kien passiġġier ma’ Galea ndarab serjament u jinsab fil-periklu tal-mewt
Il-kundizzjoni tas-sewwieq l-ieħor għadha mhux magħrufa.
Fuq il-midja soċjali spikkaw bosta messaġġi ta’ dieqa għat-telfa tal-ġuvni.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/11/14/guvni-ta-19-il-sena-jitlef-hajtu-u-guvni-iehor-jindarab-serjament-wara-incident-tat-traffiku-fl-imgarr-1/