Il-Gvern se jżid l-għajnuniet finanzjarji għall-istart-ups.
Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ekonomija u n-Negozji Żgħar Silvio Schembri waqt attività tal-istart-ups, organizzata mill-Malta Enterprise.
Il-Gvern se jkun qed jgħolli l-għotja finanzjarja għall-istarts-up, bl-isem ta’ B. Start, Business Start minn €25,000 sa €200,000.
Barra minn hekk, il-Gvern se jkun qed iżid l-iskema ta’ għajnuna ta’ self, lill-kumpaniji start-ups bi proġetti innovattivi se jitilgħu sa massimu ta’ €800,000, li €400,000 jistgħu jkunu għal spejjeż operattiva.