Il-Gvern se jżid l-għajnuniet finanzjarji għall-istart-ups. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ekonomija u n-Negozji Żgħar Silvio Schembri waqt attività tal-istart-ups, organizzata mill-Malta Enterprise.
Il-Gvern se jkun qed jgħolli l-għotja finanzjarja għall-istarts-up, bl-isem ta’ B. Start, Business Start minn ħamsa u għoxrin elf ewro sa mitejn elf ewro.
Barra minn hekk, il-Gvern se jkun qed iżid l-iskema ta’ għajnuna ta’ self, lill-kumpaniji tal-istart-ups bi proġetti innovattivi se jitilgħu sa massimu ta’ tmien mitt elf ewro, li erba’ mitt elf ewro jistgħu jkunu għal spejjeż operattivi.
F’din l-attività, tkellimna ma’ Walid Sultan Midani li huwa l-Kap Eżekuttiv u l-Fundatur tal-kumpanija tal-logħob diġitali Yourun. Is-sid ta’ din l-istartup li nfetħet sentejn ilu.
Huwa qal magħna kif ir-raġuni ewlenija li fetaħ f’pajjiżna kien minħabba l-inċentivi tal-gvern u l-għajnuna li sabu mingħand il-Malta Enterprise.
Qal kif, “We decided to come to Malta because of let’s say, three main pillars. The first one is the ease to do business, it was sweet, it was easy. The second part is the financial support and this also attracted and help others move quicker and the third part is nice to be in Malta too, for the lifestyle. We are a start-up and we are not only searching for only business but also for a way of living, so this is why we are here.”
Waqt din l-attività virtwali, il-Ministru Silvio Schembri qal li huwa qal kif il-Gvern qed jgħin l-istartups b’żewġ inċentivi ewlenin u qed jixpruna sabiex jgħinhom.
Il-Ministru Schembri semma’ l-investiment ta’ aktar minn mitt miljun ewro fil-Life Sciences Park, sabiex il-kumpaniji jkunu jistgħu jinvestu f’pajjiżna.
Spjega li, “Bħala Gvern irridu nagħmluha faċli biex nagħtuhom aktar kuraġġ, kemm jekk jidħol financing, kemm meta jidħol mentoring, kemm meta jidħol accelarating programmes, kemm meta jidħol infrastruttura fejn nakkomodaw u dawn huma kollha inizjattivi li qegħdin nieħdu, b’mod partikolari f’dawn l-aħħar xhur anke bl-investiment li ħabbarna ħa nkunu f’pożizzjoni fejn nistgħu nakkomodaw issa lil dawn iż-żgħażagħ li joħorġu b’ideat innovattivi ħalli jkunu jistgħu jagħmlu suċċess ġewwa pajjiżna.”