Ron Klain se jkun il-Kap tas-Segretarjat ta’ Biden

Il-President Elett tal-Istati Uniti Joe Biden għażel lill-Ron Klain bħala l-Kap tas-Segretarjat tiegħu.

Klain serva bħala assistent ta’ Biden meta tal-aħħar kien fis-Senat kif ukoll meta serva bħala Viċi President. Huwa assista wkoll lil Barack Obama u kien il-Kap tas-Segretarjat tal-Viċi President Al Gore.

Biden faħħar lil Klain f’kummenti li ta dwar il-ħatra tiegħu bħala l-Kap tas-Segretarjat. Biden qal li għandu esperjenza profonda li tatih l-abbiltà li jaħdem ma’ diversi nies fl-ispettru politiku kollu.

Biden kompla jgħid li b’Klain maġenbu se jkun jista’ jiffoka biex jaffaċċja aħjar il-kriżi li ġabet magħha l-pandemija filwaqt li tenna l-wegħda li għamel fl-ewwel diskors tiegħu wara li ġie kkonfermat bħala l-President elett, dik li jgħaqqad l-Istati Uniti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend