Vince Gaffarena, il-vittma ta’ sparatura fl-Imqabba f’Lulju li għadda rrifjuta li jixhed quddiem il-Qorti kontra l-allegati qattiela.
Dan wara li l-ispettur Kurt Zahra informa l-Maġistrat Nadine Lia li Gaffarena wkoll jinstab taħt investigazzjoni.
Intant is-Supretendent, Josric Mifsud ta x-xHiehda tiegħu fuq dak li ra meta ssejjaħ fuq il-post dakinhar tal-isparatura fl-Imqabba. Dan qal li malli waslu l-paramediċi u l-pulizija KIENU fuq il-post, il-kuġin ta’ Gaffarena, Saviour Gaffarena, kien miet fuq il-post, iżda kuġinuh, Vince kien għadu ħaj b’feriti f’wiċċu.
Meta dan ġie mistoqsi x’ġara ma setax jitkellem, u meta ġie mogħti karta u pinna, dan kiteb “Owen Schembri u Leon Debono, Kirkop”.
Maż-żmien, is-Supretendent Mifsud ġie nfurmat li l-arma użata f’din l-isparatura instabet taħt bajtra f’Ħal Kirkop.
It-talba għall-ħelsien mill-arrest taż-żewġ imputati ġiet miċħuda.