Malta tirbaħ lil Leichtenstein 3-0 – Michael Mifsud jiskurja fl-aħħar logħba tiegħu – One News

Notifiki

Malta tirbaħ lil Leichtenstein 3-0 – Michael Mifsud jiskurja fl-aħħar logħba tiegħu

It-tim nazzjonal Malti rebaħ bl-iskor ta’ 3-0 kontra l-Leichtenstein. Din il-logħba kienet il-143 partita u l-aħħar partita għal Michael Mifsud, fejn fiha skurja t-42 gowl għat-tim nazzjonali.

Dan in-numru tal-aħħar huwa wieħed rekord għat-tim nazzjonali Malti.

Kien l-istess Mifsud li skurja l-ewwel gowl tal-partita wara biss 4 minuti. Imbagħad fl-għoxrin minuta, d-difensur Steve Borg skurja t-tieni gowl għat-tim Malti.

It-tielet gowl għal Malta wasal fit-tieni taqsima, meta Jean Paul Farrugia skurja minn penalty fit-83 minuta.

Qabel il-partita l-President tal-Assoċjazzjoni Maltija, l-MFA, Bjorn Vassallo ppreżenta flokk ta’ Malta fil-gwarniċ bin-numru ta’ 143 lil Michael Mifsud. Dan in-numru jippreżenta n-numru ta’ logħob li l-lagħab l-attakkant veteran mat-tim nazzjonali.

Intant, il-Prim Ministru Robert Abela fuq Twitter awgura lit-tim nazzjonali Malti għal din ir-rebħa, li hija l-ħames rebħa konsekuttiva tat-tim Malti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend