Studju ppubblikat mill-Awtorità Maltja tal-Komunikazzjoni juri żidiet qawwija fis-servizzi tat-tele komunikazzjoni, speċjalment meta faqqgħet l-imxija.
Fil-fatt aktar minn 99% tal-Maltin għandhom sett tat-televiżjoni fi djarhom filwaqt li aktar minn tliet kwarti għandhom aktar minn televiżjoni wieħed.
Kien hemm żieda ta’ 25% tan-nies fuq tliet snin ilu li qalu li għandhom sett tat-televiżjoni HD.
Filfatt kien hemm żieda ta’ 10% f’dawk li għandhom abbonamenti għal televiżjoni msejjaħ bundle fejn tela’ għal 77% meta kkumparat ma’ tliet snin ilu.
L-ammont ta’ familji li jsegwu l-istazzjonijiet Maltin jmiss it-82% filwaqt li 18% tagħhom qalu li lesti jonqfu aktar sabiex ikollhom stazzjonijiet oħra miżjuda xi jsegwu.
Intant is-sondaġġ juri wkoll żieda fil-familji li huma sodisfatti bis-servizz tat-tele-komunikazzjoni, fejn dan tela’ minn 23% fl-2017 għal 56% għas-sena 2020. Filwaqt li 38% oħra esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għall-kwalità tas-servizz.
Ir-riċerka li wettqet l-awtorità uriet ukoll li ż-żieda fl-użu tal-internet żdiedet b’14%.
80% jużaw l-internet sabiex jsegwu serje televiżivi bħal Netflix segwit mill-isport, l-programmi live streaming u l-aħbarijiet.
Infatti l-użu tal-internet sa Ġunju ta’ din is-sena tela’ għal aktar minn 200,000 abbonament dan ifisser żieda ta’ 11,000 meta kkumparat mas-sena li għaddiet.