Il-Gvern Ingliż ottimist li jibda jqassam il-vaċċin għall-Covid-19 ix-xahar id-dieħel – One News

Notifiki

Il-Gvern Ingliż ottimist li jibda jqassam il-vaċċin għall-Covid-19 ix-xahar id-dieħel

Il-midja internazzjonali qed tirrapporta li s-Segretarju għas-Saħħa fir-Renju Unit Matt Hancock qal lis-servizzi tas-saħħa fil-pajjiż biex jippreparaw ruħhom ħalli f’Diċembru jibdew jagħtu t-tilqima kontra l-Covid-19.

Dan wara li sar magħruf li l-vaċċin żviluppat minn Pfizer u BioNTech għandu effettività ta’ 90% bil-għan li jipprevjeni lin-nies milli jieħdu dan il-virus.

Minkejja dan Hancock qal li għad trid isir analiżi tal-informazzjoni kollha u l-vaċċin mhuwiex se jinħareġ fis-suq qabel ma jkun żgur li huwa klinikament sigur.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend