Notifiki

Bernard Grech bi skiet itarrax dwar l-istorja tal-lukanda ta’ Tel Aviv ta’ Jason Azzopardi 

Il-Ħadd filgħodu fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap tal-Oppożizzjoni kellu skiet li jtarrax fuq l-istorja ewlenija li ddominat fil-midja lokali dwar il-fatt li d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi kellu kamra mħallsa f’lukanda lussuża fil-Hilton ta’ Tel Aviv fl-Iżrael.

Bernard Grech qagħad attent li ma jagħmel l-ebda referenza għal din l-istorja żvelata mill-gazzetta Illum.

Lil dak li kien iltaqa’ miegħu qabel eżatt skattat il-kampanja għal Kap Nazzjonalista, Bernard Grech ma semmieh imkien f’intervista ta’ madwar kwarta fuq ir-radju Nazzjonalista.

Minflok infexx jikkritika lil Gvern fuq l-imxija.

Dan fl-istess jum, li stħarriġ tal-Maltatoday wera li l-biċċa l-kbira assoluta tal-Maltin ma jixtiequx lockdown bħala parti minn miżuri għat-trażżin tal-Covid-19.

Is-soluzzjoni ta’ Bernard Grech għall-imxija baqgħet waħda li kien semma, jiġifieri dik li jaħtar kumitat magħmul minn politiċi li jissorvelja l-ħidma tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.

Dwar dan il-kumitat ta’ sorveljanza fuq is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika li trid l-Oppożizzjoni, anki fuq ix-xandir nazzjonali, lil Bernard Grech kienu ġibdulu l-attenzjoni dwar l-effettività ta’ din il-proposta.

Bernard Grech kien stqarr: “Aħna għidnielhom fost oħrajn ħalli naqralek biex anke ma ndumx. Semmejt fid-diskors tiegħi jumejn ilu li jitwaqqaf kumitat ta’ sorveljanza.”

Il-Preżentatur staqsa: “Imma x’tieħu bih dak il-kumitat? Għax in-nies ma ttihomx tort jaħsbu li l-kumitat joqgħod jiddiskuti u taf kif.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend