Stefano D’Orazio d-drummer tal-grupp famuż Taljan, Pooh miet fl-età ta’ 72 sena.
Ġurnali Taljani rrapurtaw li huwa kien ilu l-isptar ġimgħa iżda f’dawn l-aħħar jiem beda jaqleb għal agħar.
Il-membri l-oħra tal-grupp qasmu din l-aħbar xokkanti fuq il-midja soċjali fejn ilkoll fakkru l-mumenti sbieħ li għexew bħala grupp.
Il-grupp Pooh huwa grupp popolari mmens tat-tmeninijiet u disgħinijiet fejn matul il-karriera tagħhom biegħu aktar minn 100 miljun diska.
D’Orazio telaq mill-grupp fl-2009 wara 38 sena u reġa ngħaqad magħhom fl-2015.
Huma magħrufin b’mod partikolari għal-kanzunetta ‘Uomini soli’ fil-festival ta’ Sanremo fl-1990.