Anzjan ta’ 92 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.
Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa qal li l-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-5 ta’ Novembru. Huwa miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, u jappella biex il-miżuri ta’ prevenzjoni jkunu osservati, hekk kif dan huwa l-mod kif nistgħu nipproteġu lil dawk l-aktar vulnerabbli.