L-Istorja tal-Partit Laburista huwa volum ġdid dwar għoxrin sena, bejn l-1940 u l-1960, li wasslu għall-ewwel Gvern Laburista f’Malta u l-bidu tal-ġlieda għall-Indipendenza mill-Gvern Brittaniku fis-snin ħamsin.
Dan il-ktieb minn serje, hu riċerkat u miktub minn Francis Galea fejn se jkun imniedi waqt l-edizzjoni virtwali tal-Festival tal-Ktieb bejn il-11-15 ta’ Novembru.
Dan il-volum jirrakkonta dak li għadda minnu l-partit kemm wara l-kwinti kif ukoll fil-qasam pubbliku.
Dan il-volum għandu 809 paġni mżewwaq b’numru ta’ ritratti u dokumenti relevanti. Dan huwa volum ieħor minn sensiela bil-volum l-ieħor żar is-snin 1920−1940.
L-Istorja tal-Partit Laburista jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin u miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun.