Malta u Franza ftehmu jikkoperaw aħjar dwar sfidi komuni bħall-immigrazzjoni u dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu. Dan intqal f’laqgħa bilaterali bejn il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo, il-Ministru tal-Intern Byron Camilleri u l-Ministru tal-Intern Franċiż Gérald Darmanin.
Hawn tkellmu dwar is-sigurtà fil-Mediterran, u qablu fuq il-bżonn li tiħrax il-ġlieda kontra organizazzjonijiet kriminali, b’mod speċjali dawk li jittraffikaw il-bnedmin u jipperikolaw il-ħajjiet waqt vjaġġi illegali lejn l-Ewropa.
Il-Ministri Maltin saħqu li din il-kwistjoni tista’ tissolva biss jekk l-Unjoni Ewropea tkompli tagħti għajnuna diretta lill-pajjiż ta’ tranżitu.
Iż-żewġ naħat idduskutew ukoll it-tisħiġħ tal-proċess tal-ażil u r-ritorn ta’ persuni lejn il-pajjiżi tal-oriġini tagħhom, f’każijiet li ma jkollhomx bżonn protezzjoni. Iż-żewġ Ministri Maltin irrikononnew l-impenn ta’ Franza biex Malta ma titħalliex iġġorr waħidha l-piż tal-immigrazzjoni, l-aktar fejn tidħol ir-rilokazzjoni ta’ immigranti minn Malta.
Malta u Franza qablu wkoll fuq l-importanza tar-rispett lejn xulxin u qablu li ż-żewġ pajjiż għandhom jikkoperaw kontra t-terroriżmu.