Erba’ immigranti li għandhom bejn dsatax u tmienja għoxrin sena ngħataw sentenza ta’ sebgħa xhur ħabs, filwaqt li żewġ Somali li għandhom erbgħa u għoxrin u sebgħa u għoxrin rispettivament ingħataw sentenza ta’ ħmistax-il xahar ħabs.
Dan wara li s-Sibt filgħodu tressqu l-Qorti akkużati li l-Ġimgħa ppruvaw isiefru u jaħarbu mill-pajjiż permezz ta’ passaport falz.
Fil-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Nadine Lia ntqal kif l-immigranti Somali li weħlu ħmistax-il xahar ħabs intqal li huma riċedivi.
L-imputati kollha wieġbu ħatja għall-akkużi miġbjuba kontrihom.