Il-Ġimgħa filgħaxija, fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, b’diskors isteriku qal kif il-Gvern taparsi qed jgħin l-ekonomija ta’ pajjiżna.
Hu qal, “Taparsi ngħinu l-ekonomija, taparsi qed ngħinu l-ekonomija tan-nies, taparsi ngħinu l-ekonomija tan-negozjant, taparsi qegħdin ngħinu lill-ekonomija tal-pajjiż”
Waqt dan id-diskors fl-estimi finanzjarji għall-budget, Bernard Grech, mill-ġdid, tkellem kontra l-vouchers.
Fejn qabel, qabbel dawn l-istess vouchers ma’ pala biex biha noħorġu l-ilma, Grech infexx f’attakk fuq dawn il-vouchers li kienu ta’ injezzjoni ekonomika qawwija u għenu ħafna lin-negozji.
Qal li, “Hemm bżonn illi l-Gvern iwieġeb, hemm bżonn li l-Gvern iqum għax din mhiex xi ħaġa li ssolviha bil-vouchers”
Bl-istess tonalità u l-ippuntar tal-idejn bħal Simon Busutill, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech qal li l-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela huwa ċass.
Qal, “Intom mingħajr ideat, hemmhekk intom iċċassati. Hemmhekk intom m’intkomx kapaċi. Hemmhekk intom mingħajr viżjoni.”
Dawn id-dikjarazzjonijiet Bernard Grech qalhom ftit wara li l-Kummissjoni Ewropea bassret li sa sentejn oħra, Malta se jkollha l-akbar tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea u n-negozji, il-unjins u l-familji laqgħu l-budget b’miżuri li mhux iwieżnu għall-pandemija iżda anki għal wara.