BIL-FILMAT: Jinfixel xħin jgħidlu li hemm inkjesta dwar allegat korruzzjoni fid-dipartiment li kien politikament responsabbli – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Jinfixel xħin jgħidlu li hemm inkjesta dwar allegat korruzzjoni fid-dipartiment li kien politikament responsabbli

Fil-programm XTRA, id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi nfixel ukoll xħin ill-preżentatur staqsieh dwar inkjesta dwar allegat frodi u korruzzjoni fuq affarijiet marbuta mad-dipartiment tal-artijiet meta Jason Azzopardi kien politikament responsabbli fi żmien Gvern Nazzjonalista.

Il-Preżentatur Saviour Balzan fakkru li din l-inkjesta ilha miftuħa seba’ snin mingħajr ebda eżitu sa issa, u qallu li din l-inkjesta dwar id-dipartiment tal-artijiet kienet infetħet mill-Ispettur Jonathan Ferris, l-istess persuna li mbagħad Jason Azzopardi mar biex jiddefendi.

Jason Azzopardi saħaq li l-inkjesti m’għandhomx idumu ammont ta’ snin biex jingħalqu.

Fl-istess programm li għamel dik id-dikjarazzjoni, dwar l-inkjesta pubblika fuq il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, li fuqha kien hemm qbil anki mal-familja Caruana Galizia dwar it-termini u li din għandha tingħalaq sax-xahar id-dieħel, Jason Azzopardi qal mod ieħor.

Qal li din l-inkjesta għandha tibqa’ tisma’ u spiċċa hedded bil-fondi Ewropej u l-ħsara fuq Malta.

Intant Jason Azzopardi spiċċa jibla’ kliemu meta ġie mistoqsi dwar allegazzjoni li għamel fuq l-attentat ta’ serqa fil-bank tal-HSBC, għaxar snin ilu.

Fil-programm tkellem ukoll il-Ministru għall-Ġustizzja, Edward Zammit Lewis li aċċenna fuq il-ħtieġa li flok nispekulaw u nagħmlu l-konġetturi nħallu l-investigazzjonijiet isiru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend