Se jibda jingħata ħlas lill-għalliema studenti – One News

Notifiki

Se jibda jingħata ħlas lill-għalliema studenti

Se jibda jingħata l-ħlas għall-għalliema studenti sabiex aktar studenti jagħżlu l-kors tal-Masters fit-tagħlim. Dan se jkun qed ikopri l-ispejjeż tal-istudenti li jkunu f’din il-fażi sabiex imbagħad jibdew il-karriera tagħhom.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici waqt l-estimi tal-budget għas-sena d-dieħla.

Qal kif tul din is-sena li hija maħkuma mill-pandemija, il-Gvern ħadem sabiex għamel protokolli biex l-istudenti jkunu siguri fuq il-bankijiet tal-iskola, bil-Ministru Bonnici nnota diżappunt wieħed.

Il-Ministru Bonnici qal: “Irrid naqsam magħkom però diżappunt illi fl-eqqel tal-isforzi tagħna biex l-iskejjel jinfetħu u l-edukazzjoni tkompli, l-Oppożizzjoni għażlet li toqgħod gallarija, sieq l’hawn u sieq l’hemm, tiċċaqlaq skont kif jonfoq ir-riħ tal-mument.”

Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u l-Isport Clifton Grima qal kif il-Gvern qed jinvesti tliet miljun ewro fis-settur tal-volontarjat, li hija l-ikbar nefqa li qatt kien hemm f’dan il-qasam.

Huwa sostna: “Assigurajna l-eżistenza tal-istess settur. Assigurajna li l-impjieġi fl-istess settur jibqgħu hemm. Assigurajna li x-xogħol li jagħmel dan is-settur jibqa’ jħalli l-frott għax dan huwa settur illi għandu bżonn l-għajnuna kollha sabiex jiffunzjona.”

Grima semma’ kif ż-żgħażagħ ingħataw vot sittax sabiex jesprimu aktar ruħhom, filwaqt li qal kif l-għaqdiet sportivi se jkunu megħjuna biex ikopru l-kirjiet tagħhom.

Fil-Parlament, tkellem ukoll id-Deputat Laburista Jean Claude Micallef, li qal kif dan il-Gvern qed jinvesti sabiex pajjiżna jikkompeti aktar fl-isport.

Huwa stqarr:  “Inħares lejn dak illi ntqal fid-diskors tal-budget, bħala injezzjoni ta’ 11-il miljun li se jservu bħala boost sabiex nimxu ‘l quddiem.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend