Notifiki

Il-MPE Alex Agius Saliba ġie magħżul mill-Għaqda Ewropea SME Connect bħala Chairperson għall-Politika Ewropea għall-qasam diġitali u l-pjattaformi online

Vot ta’ fiduċja ieħor u aktar responsabilitajiet fuq livell Ewropew għall-Membru Parlamentari Ewropew Alex Agius Saliba hekk kif ġie magħżul mill-għaqda li tirrappreżenta eluf ta’ intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju fuq livell Ewropew bħala Chairperson ta’ SME Connect Europe għall-politika Ewropea fuq il-qasam diġitali u l-Pjattaformi online.

SME Connect hija assoċjazzjoni Ewropea li tiġbor fi ħdanha mijiet ta’ għaqdiet Ewropej li jirrappreżentaw assoċċjazzjonijiet ta’ industriji żgħar u medji u kif ukoll assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem fuq bażi Ewropea.

Agius Saliba ser ikun qiegħed jikkordina l-ħidma politika ta’ din l-assoċjazzjoni fejn tidħol il-politika Ewropea diġitali li fi kliemu għandha tkun tirrifletti wkoll il-ħtiġijiet ta’ dawn it-tip ta’ industriji li huma parti importanti fl-ekonomija Ewropea u kif ukoll dik lokali.

“Ser inkun qed naħdem favur politika Ewropea illi tgħin u mhux taħdem kontra l-industriji żgħar u medji. L-ekoststema diġitali tista’ tkun opportunità tajba ħafna sabiex industriji ta’ daqs żgħir u medju jsiru aktar kompetitttivi fi ħdan is-suq intern Ewropew,” sostna l-Ewroparlamentari Malti.

“Sal-lum il-ġurnata, diversi SMEs, inkluż dawk Maltin, qed jaraw is-suq diġitali bħala wieħed illi huwa ddominat minn ftit kumpaniji multinazzjonali li qed joħolqu ambjent antikompetittiv, ambjent illi żġur mhux jgħinhom sabiex ikunu jistgħu jikbru billi jbiegħu il-prodotti u s-servizzi tagħhom fi Stati Membri oħra – permezz tar-reviżjoni tal-politika diġitali Ewropea, nixtieq illi din is-sitwazzjoni tinbidel.”

Il-Membru Parlamentari Ewropew Agius Saliba ser ikun qiegħed itella’ diversi attivitajiet u jikkordina diskussjonijiet u studji sabiex flimkien ma’ SME Connect Europe ikun jista’ jinfluwenza il-politika Ewropea fil-qasam digitali sabiex tirrispekkja r-realtajiet u l-isfidi li jaffaċċjaw l-SME’s fuq bażi Ewropea.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend